Lino Grech 1930-2013

Il-kittieb, l-attur u d-direttur ta’ bosta drammi Lino Grech miet matul dan il-lejl. Lino Grech miet fl-età ta’ 83 sena.

Il-kitbiet tieghu minn dejjem laqtuni. Mexxejja, izda fihom il-hsieb. Semplici, izda mzewqa.

Lino Grech jibqa’ mfakkar ghall-ewwel teledramm bil-Malti, F’Bahar Wiehed, li deher fuq Xandir Malta fl-1976. F’Bahar Wiehed kien originaljament miktub minnhu stess fl-1971 ghar-Redifussion li wara gie addattat minnu stess ghat-televixin.

Kif kiteb Dun Ang Seychell f’Jannar ta’ 1977:

“Nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Hadd, xhin it-televizzjoni Maltija tkun qed turi s-serial F’Bahar Wiehed, Malta qed issir bahh…is-swali tal-films jibqghu vojta, il-laqghat li jinzertaw ghadhom sejrin f’dak il-hin jisfaxxaw fix-xejn…Ghandek dramm bil-Malti mexxej ta’ kuljum, l-istorja qeghda f’ambjent Malti, is-suggett jinteressa lill-kotra, u l-atturi jaf jahdmu tajjeb il-parti taghhom. F’Bahar Wiehed huwa X-ray tas-socjetà u tal-familja Maltija. Fih tara u tisma’ eku tas-sabih u l-ikrah li hawn fl-ambjent Malti :- it-treddin simpatiku bejn ir-ragel u l-mara mizzewga, il-kliem addocc u l-ftahir, il-genwinità u l-qerq, l-imnieher imxammar u s-semplicità…Goma serqet il-qalb ta? hafna nies. Kien hawn min maqdar l-esagerazzjoni taghha. Zbalja min maqdarha – l-esagerazzjoni taghha tkompli tishaq il-verità u r-realtà ta’ dak li jigri fostna, barra milli taqta’ ftit is-serjetà tal-istorja…”

F’Bahar Wiehed, bhal xoghlijiet ohra tal-pinna tieghu, lahaq lil udjenza Maltija. Huwa xoghol li ghadu haj u relevanti sal-lum.

Ix-xoghlijiet tieghu kienu gew diskussi mieghu f’seminar li konna organizzajna daqs tliet snin ilu. Bqajt impressjonat bil-passjoni u l-imhabba li kellu ghall-kitba u t-televizjoni. Dak in-nhar kien ghamel kuragg lil kulhadd biex nimxu ‘l quddiem. Ta’ dan nibqa’ dejjem grat.

Lino GrechLino Grech Seminar

 

 

 

 

 

Lino Grech