A talk with Tony Parnis

 

Id-direttur li mhux l-ewwel darba kien jinsa ismu stess

Kitba ta' Ramona Portelli

 

Tony ParnisIl-personalità li ntervistajt illum kont iltqajt mieghu s-sena li ghaddiet waqt safra li konna ghamilna mal-istess grupp fi Strasburgu.  Kont klikkjajt mieghu, kif ukoll mal-mara tieghu Carmen, u kelma ggib l-ohra u kont weghdtu intervista - peress li hajtu hija mzewwqa u mdawwra mal-films.  Din id-darba ltqajna fil-pjazza tal-Mosta u nammetti li l-hin tar wisq malajr nisimghu jirrakkonta dwar dak li ltaqa' mieghu matul il-karriera tieghu.

 

Illum, Tony Parnis huwa direttur u producer indipendenti.  Ghandu 69 sena, u flimkien ma' Carmen joqoghdu San Gwann, ghalkemm proprjament huwa minn Tas-Sliema. Fil-hin liberu tieghu jhobb isegwi serje televiziva, igemma' l-bolol u bla dubju ta' xejn isegwi films varji.

 

Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Tony spjegali li huwa tip ta' bniedem li jhobb xoghlu.  Fl-istess hin iddejjqu hafna l-injoranza. "Meta qed nghid injoranza, mhux li wiehed ma jkunx jaf skola, izda li bniedem li jkun jaf, u jaghmilha ta' injurant. Jien insejhilha njoranza tal-intelligenza. Nikkun-sidrani bhala bniedem pacenzjuz u li nammira t-talenti ta' haddiehor," beda jghidli dwaru Tony.

 

Staqsejtu minn liema lenti tieghu josserva film.  "Il-maggoranza tal-films kollha joghgbuni, kull tip ta' generu, basta jkunu b'storja tajba.  Importanti wkoll ghalija hu li film ma jkollux hafna effetti specjali.  Dan l-ahhar sirt napprezza films Ewropej."

 

Aktar fic-cinema, milli jistudja ta' bilfors

 

Ma stajtx ma nistaqsihx minn fejn nibtet din il-passjoni tieghu lejn il-films.  Fil-fatt infurmani li minn mindu kien zghir.  "Kwazi kuljum kont inmur it-talkies, illum msejjha cinema.  Dak iz-zmien Tas-Sliema kien hemm erba' talkies.  Apparti minn hekk inhobb naqra, u meta kont nghix il-Kanada kienet gietni opportunità li nistudja suggetti relatati mal-films. 

 

Kont tghallimt ukoll nirrecta, izda sibtni ahjar nahdem minn wara l-kamera milli quddiemha," tbissem jghidli Tony.

 

Meta kien izghar, Tony b'nostalgija helwa fuqu beda jirrakkontali li kien jippreferi jmur jara l-films ic-cinema, milli jistudja. 

 

"Biex inkun preciz l-istudju ta' bilfors idejjaqni.  Dik il-haga li jordnawlek xi ktieb partikolari biex taqrah u tistudjah bilfors, kienet iddejjaqni. 

 

"Kont aktar nippreferi naqbad naqra ktieb tal-ghazla tieghi, milli xi wiehed ta' bilfors," spjegali Tony.

 

Hawnhekk, Tony ikkonfermali li kien ghex il-Kanada ghal 23 sena shah.  Kien gie jghix lura Malta fl-1984.  Kien anke jghallem id-drama waqt li kien jghix il-Kanada, u anke kien ghamel erba' teledrammi bil-Malti.  Bhala atturi u krew, kien uza persuni mill-komunità tal-Kanada stess.

 

Kif ghedt ftit qabel, Tony studja dwar il-films il-Kanada, u kien anke jipproduci programm fuq stazzjon televiziv f'Toronto.  Ismu jibqa' jissemma ghal certu produzzjonijiet maghrufa bhal Enigma, Dell mill-Imghoddi, Il-Mandraggara, Ipokriti u hafna aktar produzzjonijiet minn tieghu.

 

Jinsa n-numri u l-ismijiet, anke ismu stess

 

Waqt li kien jghix il-Kanada, Tony kellu ukoll diversi opportunitajiet televizivi. Fil-fatt kien jipprezenta xi programmi u anke kien jintervista diversi personalitajiet. Però kellu diffikultà pjuttost kemmxejn stramba.  Hallejt f'idejh sabiex jirrakkontali. 

 

"Waqt l-introduzzjoni tal-programmi tieghi, mhux l-ewwel darba u tnejn li kont ninsa ismi stess. Nammetti li sakemm kont nibda nintroduci l-programm u lili nnifsi, kont bhal donni nehel, specjalment fil-parti li nintroduci lili nnifsi.  Wara l-introduzzjoni kollox sew, stajt nibqa' ghaddej saghtejn shah nitkellem quddiem il-kamera. 

 

Anke meta kien ikolli xi mistednin prezenti waqt il-programm - biex ma ninsix isimhom kont nikteb isimhom fuq is-swaba ta' idejja skont is-sekwenza taghhom bil-qeghda, u b'hekk ma kontx nitfixkel," tbissem jghidli Tony.

 

Izda jekk in-numri u l-ismijiet ghal Tony dawn huma difficli, zgur li xeni televizivi jilaghbu parti importanti f'mohh Tony.  Fil-fatt ihoss li huwa ghandu vantagg peress li bhala direttur digà jkun qed ipingi x-xena tal-gbid f'mohhu. Mhux hekk biss, izda kif qalli hu stess - xena digà jkun qed jeditjaha f'mohhu!!

Matul il-karriera tieghu, Tony idderiega ukoll xi films ghac-cinema lokali.  Staqsejtu hiex facli jew difficli li jipproduci films lokali ghal fuq il-lizar.  "Nistqarr li l-iskript huwa l-aktar difficli, u anke l-casting u l-crew. It-teknika ghall-films fic-cinema hija li ma tahdimx bi close-ups.  Wiehed irid izomm f'mohhu wkoll li t-televizjoni u c-cinema jahdmu differenti, anke d-direzzjoni taghhom hija kompletament xi haga differenti minn ohra".

 

Isem Tony jibqa' maghruf ukoll wara l-film Scrooge bil-Malti.  Kien qalbu ghall-Malti Alan Fenech.  Il-filming u l-editing kienu f'idejn Justin Camilleri, filwaqt li d-direzzjoni tieghu kienet f'idejn Tony Parnis stess.

 

Film minn tieghu ser jintwera fil-Brazil

 

Nitkellem mieghu dwar film iehor li dderiga Tony Parnis stess - Pawlu ta' Tarsu.  L-istorja kitbuha Fr Nicholas Schembri u Toni Ellul. 

Ahbar tajba hija li jekk l-affarijiet jibqghu mixjin kif sejrin bhalissa bil-kuntatti, dan l-istess film - Pawlu ta' Tarsu ser jibda jintwera fil-Brazil aktar tard matul din is-sena.  "Irrangajna u tajna d-drittijiet sabiex jinqaleb ghal-lingwa Portugiza. Meta nghid jinqaleb ghall-Portugiz, mhux bis-subtitles, imma bil-kliem stess."

 

B'kurzità staqsejtu kif film Malti ser jirnexxilu jasal u jintwera fil-Brazil. 

"Proprjament konna bghatna l-film l-Italja sabiex jarawh xi sorijiet Maltin li jghixu hemm.  Meta rawh, tant ghogobhom li riedu li ma jieqafx ghandhom biss.  Anzi riedu jxerrdu l-hajja ta' San Pawl. U minn hemm bdew il-kuntatti. Jekk dan isehh, tkun l-ewwel darba fl-istorja li qatt ikun inqaleb film Malti ghal lingwa ohra mhux b'sub-titles.

 

Malta International Television Short Film Festival

 

Flimkien ma' Joyce Grech, Tony xtaq li l-films lokali jinferxu fuq livell internazzjonali.  B'hekk flimkien bdew jorganizzaw il-Malta International Television Short Film  Festival. 

 

L-idea hija sabiex films Maltin jikkompetu ma' films barranin, u fuq kollox sabiex il-films lokali tizdidilhom l-udjenza.  Apparentament qatt ma kien jezisti festival ta' dan it-tip fuq it-televizjoni.

 

Din is-sena jekk jippermettu l-finanzi ser ikunu qed itellghu r-raba' edizzjoni ta' dan il-festival, li jdum ghaddej minn Lulju sa Settembru.

 

"S'issa dejjem kellna udjenza tajba. Trid tqis li mhux kulhadd ihobb il-films, imma minn statistika li kellna, hareg li kellna udjenza tajba segwina. 

Festival ta' dan it-tip jghin lil diversi film makers isahhu l-materjal taghhom minn sena ghal ohra.  Bil-kritika tal-gurija dak li jkun jista jirfina l-iscripts, id-dwal, storja, l-atturi jew xi dettalji ohra," spjegali Tony.

 

Staqsejtu jekk ghandux xi atturi preferuti tieghu li normalment ihobb jahdem maghhom bhala direttur.  Fil-pront semmieli sitt atturi Maltin li huma Manuel Cauchi, Marvic Cordina, Etienne St. John, Ray Abdilla, Tony Ellul u Michael Tabone. 

 

Fl-ahharnett Tony qasam mieghi zewg xewqat li qed jittama li jsehhu fil-vicin.  Dawn huma li jixtieq jahdem storja partikolari ta' Francis Ebejer, u anke jixtieq jahdem film fuq il-hajja ta' Manuel Dimech.

 

Source: http://www.kullhadd.com/201203103851/Intervista/id-direttur-li-mhux-l-ewwel-darba-kien-jinsa-ismu-stess.html